Għeżież Membri,
Kemm –il darba ġejna bejn ħaltejn bejn dak li tgħidilna l-kuxjenza u il-fidi tagħna u dak li tgħidilna s-soċjeta` ta’ madwarna!
Il-fidi u il-kultura- żewġ fenomeni li tant iqajmu kontroversja u diskussjoni; forsi anke inċertezzi.
L-MKSU, fil-ħidma tiegħu biex ikun ta’ dawl Nisrani fost iż-żgħażagħ, ħejja għalikom ktieb li jitratta propju dan id-djalogu xejn faċli bejn il-fidi u l-kultura. B’kontribuzzjoni minn awturi stabbiliti Maltin, il-ktieb ‘Hide and Seek’ għandu jkun ta’ għajnuna kbira għalina lkoll li qegħdin f’din it-tfittxija għall-verita`.
Għalhekk inħeġġiġkom tkunu preżenti nhar t-Tlieta 23 ta’ Ġunju fis-7pm l-Aula Magna il-Belt Valletta (l-universita` il-qadima). Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti flimkien bħala moviment sħiħ u ħaj f’dan il-pass importanti għalina. Nixtieq nieħu l-okkazzjoni biex nisħaq li l-kooperazzjoni tagħkom hija ferm importanti għalina. Huma l-membri li jżommu ħaj il-moviment. Għalhekk l-preżenza tagħkom nhar it-Tlieta hija kooperazzjoni indispensabli min-naħa tagħkom għalina.
Biex tikkonfermaw l-attendenza tagħkom, ibgħatu e-mail fuq in...@mksu.org.
Waqt is-serata wieħed ikun jista’ wkoll jakkwista kopja tal-ktieb għall-prezz ta’ EUR15. Inkella tistgħu tibgħatulna email fuq in...@mksu.org bid-dettalji tagħkom, jew tkellmu membru ta’ l-eżekuttiv.
Ejjew nimxu din il-mixja ta’ fidi flimkien- Narawkom nhar it-Tlieta!
Eżekuttiv MKSU.
Chantelle Fenech
Public Relations
MKSU
Student's House, University of Malta
Msida MSD2080, Malta
Mob: (356) 79059180
Web: www.mksu.org