Fw: Seminar ghaz-zghazagh favur il-familja

0 views
Skip to first unread message

Eucharisto Zammit

unread,
Jan 6, 2011, 5:53:27 AM1/6/11
to LLG Qormi
 
Għeżież,             
              Sliem lil kulħadd!! Kif tafu l-2011, se tkun sena, fejn l-istabilitta tal-familja maltija, hemm ċans kbir li tkun affettwata, minħabba dak li bħal issa qed jkun diskuss fil-pajjiz.
 
Għaldaqstant il-grupp taż-żgħażagħ Link, tal-parroċċa ta' Hal Qormi San Ġorġ, ħaseb biex flimkien mal-KDZ, jorganizza seminar għaż-żgħażagħ, favur il-familja bit-temaFamilja: Diversita`, Sforz u Sagrifiċċju? 
 
Dan ser isir is-Sibt 12 ta' Frar 2011, fis-sala tac-CAK, B' Kara mid-9.00am san-12.30pm. Għalih huma mistiedna dawk li għandhom min tmintax sa ħamsa u tletin sena.
 
L-iskop huwa, biex iz-żgħażagħ, li ħafna drabi jisimgħu biss fuq in-negattivita tal-familja nuruhom realta oħra, ħafna aktar posittiva min dak li qed jisimgħu fl-ambjenti fejn huma jiffrekwentaw 
 
Bħala programm għas-seminar, ħadna ħsieb li naddattaw ftit għaż-żgħazagħ. Fil-fatt, se jkun hemm l-ewwel żewġ inputs: wieħed min Fr Brendan, li ser jitkellem fuq kif il-Knisja tħares lejn il-familja u l-ieħor min Dr Rita Borg Xuereb li ser titkellem min Familja b'saħħitha li twassal għall-Soċjeta' b'saħħitha.
 
Wara se jkun hemm waqfa għall-break, biex imbgħad wara il-parteċipanti,  jitqassmu fi gruppi ghad-diskussjoni. Kull grupp se jkollu miegħu tipo ta' referee biex jkun jista' jwiegeb għall-mistoqsijiet li jinqalgħu fid-diskussjoni.  
 
Fl-aħħar tas-seminar nikkonkludu b' kelma min Mons Arcisqof Pawl Cremona li se jkun magħna ghal dan is-seminar. 
 
Nitlobkom żewg affarijiet:
 
1) Nitolbu biex min dan is-seminar joħrog il-gid kif irid il-Mulej.
 
2) Inħeġġigkom, biex iż-żgħażagh li tafu (min 18 sa 35 sena), anki mill-gruppi tagħkom li tiehdu ħsieb fil-parroċċi jew movimenti etc tħeġġuhom biex jattendu. Aħna qed nimmiraw għall-udjenza ta' 200 pesuna.
 
Nitlob il-koperazzjoni tagħkom billi twasslu l-kelma lil ħaddiehor.
 
Grazzi bil-quddiem tal-għajnuna tagħkom u awguri għas-sena l-ġdida!!!
 
Fr Karist Zammit
 


 
FREE Animations for your email - by IncrediMail! Click Here!


imstp_animation_butterflies_en_020908.gif
Reply all
Reply to author
Forward
0 new messages