
Jinsabu fl-aqwa taghhom il-preparamenti biex f’Hal Qormi, ir-rahal li huwa sinonimu mal-hobz u l-fran, tinhema dik li qed titqies bhala l-akbar hobza mhux biss f’Malta imma fid-dinja. Dan l-attantat ghal rekord dinji se jsir fis-7 ta’ Mejju bhala parti mill-Festa tar-Rebbiegha (The Malta Springfest 2011) li kull sena tkun organizzata fil-Belt Pinto. L-attentat ghal rekord dinji se jsehh fi Triq il-Kbira, f'forn li nbena apposta grazzi ghall-ghajnuna li offrew diversi entitajiet u individwi li emmnu bi shih f'din l-inizjattiva tal-Kumitat Festi Esterni.
Il-preparamenti minn naha tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri mixjin tajjeb hafna, u bhalissa ghaddej xoghol preparatorju ghal din l-attivita` nazzjonali li issa dahlet fit-tielet edizzjoni taghha. L-attentat biex tinhema l-akbar hobza fid-dinja se jsir is-Sibt 7 ta’ Mejju, fl-ewwel jum tal-festival, mis-7pm ‘il quddiem. Dakinhar se ssir wirja teatrali dwar is-sengha tal-furnar filwaqt li se jigu organizzati tours ghal min irid jara kif jahdem forn tradizzjonali. L-attivitajiet jinkludu ukoll ghana, stands marbuta ma’ diversi snajja’ u feature dwar il-hobza Maltija.
Il-Kumitat Festi Esterni huwa sinonimu ghal dawn it-tip ta’ attivitajiet nazzjonali, l-aktar permezz tal-Qormi Wine Festival li kull sena f’Settembru jigbed eluf ta’ Maltin u turisti lejn din il-belt. Fil-fatt Hal Qormi sa mill-antik kien marbut mal-produzzjoni tal-inbid u l-produzzjoni tal-hobz.
Fejn jidhol il-hobz, din hi tradizzjoni li tmur lura sa minn zmien il-Kavallieri, u f’Hal Qormi minn dejjem kien hemm ammont kbir ta’ fran u nies li hadmu bhala furnara. Issa din is-sengha se tigi ccelebrata permezz ta’ dan l-attentat li ssir l-akbar hobza fid-dinja, f’attivita` li se tkun rikonoxximent ghall-hidma li wettqu tul is-snin il-furnara Qriema. Il-Festa tar-Rebbiegha 2011 qed issir bl-ghajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi u s-Segretarjat Parlamentari immexxi minn Chris Said. Minbarra l-attivitajiet tas-7 ta’ Mejju, l-ghada l-Hadd se ssir festa ghall-familja kollha li tintemm ghall-habta tat-8pm.

Ritratt – il-forn li inbena apposta biex tinhema l-akbar hobza fid-dinja