1. Il-hazin jaghmlu min iwetqqu, u mhux minn jikkritikah. It-tajjeb jaghmlu
min juri l-hazin li qed isir, u mhux jibqa’ sieket f’komplicita ta’ kompromessi
mistura u mixtrija. Ghax hu minn ewl id-dinja li l-bniedem jizbalja u jwettaq
zbalji ghal ghonq it-triq, specjalment fil-hajja politika u iktar u iktar jekk
ikun fil-Gvern. Izda mhux uman li tippersisti fl-izball, hekk li jsir ir-rutina
u l-istess raguni tal-attivita politika. Aghar minn hekk, hu l-aghar forma ta’
hazen meta l-hazin isir minhabba irbit tal-idejn li m’gahndux ikun u li jkeffen
il-hluq tal-espressjoni.
Hawn min jghid li la l-Gvern
ghandu l-maggoranza li ghandu, allura ghandu d-dritt jaghmel li qed jaghmel. Ma
naqbilx. Iva, ghandu d-dritt li jiggverna u ghandu l-obbligu li jwettaq
il-programm tieghu. Izda m’ghandux id-dritt li jikser ir-regoli, jew li jaghti
ezempju bil-kontra ta’ li suppost u, iktar u iktar, m’ghandux id-dritt jahseb
li hadd ma jista’ jikkritikah.
3.
Hu car li l-kompromessi li
saru bejn il-Gvern u certa sezzjonijiet tal-media qed jostru l-verita. Certa
gurnalisti ta’ media li xi darba kienet indipendenti flok isaqsu dak li hu
ovvju u li hu car li hu fl-interess nazzjonali, joghrku jdejhom kif tigihom
l-opportunita li jaghtu pinzellata fuq il-konsenturi ta’ hidmet il-Gvern sabiex
jaqdu lil min “xtrahom”. M’ghadux l-iskop taghhom li juruna dak li hu
fl-interess taghna lkoll li insiru nafu, izda l-ghan tal-kitbiet taghhom qed
ikun biex jidilku u jincensaw lil min hakimhom.
4.
Ghax dawn l-ahhar jiem rajna u
qrajna stejjer fuq fatti importanti fil-hidma tal-hajja politika li iktar milli
kienu importanti ghal dak li qalu, iktar kienu sinjifikanti ghal dak li ma
staqsewx. Kien car daqs il-kristall l-ezercizzju ta’ relazzjonijiet pubblici,
li kien jixbah riklam f’rivista barranija, biex il-Gvern u min qed imexxih
jidher dak li mhux. Kien hemm mistoqsijiet ovvji li kienu qed iwerzqu mill-fomm
tal-opinjoni pubblika, izda li certi gurnalisti ma hassewx li kellhom
jistaqsuhom. Iktar ma staqsewhomx, iktar deher ovvju minn fejn kienu gejjin u
fejn kienu sejrin.
5.
Kien hemm President Amerikan,
hafna snin ilu, li kien kiteb li t-trasparenza u l-informazzjoni huma l-munita
tad-demokrazija. Daqstant huma vitali. Hu car li f’pajjizna ghaddejjin minn
perjodu, li jaf il-bidu tieghu qabel Marzu ta’ sena ilu, fejn inghaqdu flimkien
grupp ta’ persuni, minn oqsma differenti u b’interessi varji li l-iskop taghhom
hu biex jghattu t-trasparenza. Ezercizzju ta’ simbjosi, fejn wiehed ihokk dahar
l-iehor u jiddependu minn xulxin basta t-tajjeb igibuh hazin u l-hazin jidher
tajjeb.
6.
L-Oppozizzjoni Nazzjonalista
qatt ma tista’ tkun la parti u lanqas komplici, lanqas b’mod passiv, ma’ dan
it-tip ta’ hmieg. Iebsa kemm hi iebsa l-mixja, daqstant iehor u iktar hija
ikbar id-determinazzjoni taghna li nitilghu t-tlajja. Nippreferi nitlef milli
nirbah bl-ghajnuna ta’ xi kompromess jew bejgh ta’ principji. Ghax min jizra
r-rih ghad jahsad riefnu.
7.
Huwa ghalhekk li ghandna
d-dmir li nfittxu li naghmlu s-sewwa, bid-difetti kollha li zgur ghandna. U huwa
tajjeb li l-hazin nikxfuh, nikkundannawh u nikkritikawh. Huwa negattiv min
iwettaq il-hazin, u mhux min jixkfu.
--
Posted By Carm Mifsud Bonnici to
Il-Blog ta' Carm Mifsud Bonnici at 9/23/2014 01:20:00 PM