1. Gvern tajjeb hu Gvern li ghandu r-riga tas-sewwa u juzaha
bla ma jhares lejn l-ucuh. Gvern gust hu Gvern li ghandu l-fehma ta’ x’inhu
tajjeb u hazin u filwaqt li jippromwovi t-tajjeb, jiggieled il-hazin u jghin
lil min ikun ibati l-hazin. Il-hazin jista’ jiehu forom diversi, izda zgur hu
li l-abbuz hu l-iprem forma ta’ hazin. Ghax l-esperjenza tal-hajja, specjalment
fil-poltika, turina li l-iktar li jbatu huma dawk li m’ghandhomx sahha, sew ta’
vuci jew ta’ sura ohra, u dawn hafna drabi ibatu l-prepotenza u l-arja zejda li
jaghmel maghhom min jahseb li hu ‘l fuq mill-ligi.
2. Fl-ahhar legislatura, bid-difetti u zbalji kollha li saru
matulha, hadd ma jista’ jichad li konna niehdu l-abbuz tal-proprjeta pubblika
bis-serjeta. Peress li l-Gvern hu l-ikbar sid ta’ art f’Malta fl-ahhar
legislatura meta kelli din ir-responsabbilita li kien obbligu tal-Gvern li
jiggieled bis-sahha l-abbuz tal-art pubblika bla kantunieri. Kemm ghax dak kien
dmir il-Gvern, kemm ghax jekk le tkun qed tippremja lil min fil-hazin u allura
tippremja l-abbuz, u kemm ghaliex, specjalment fejn jidhlu l-ghelieqi, tevita
li dawk involuti jigu fl-idejn. Ghax hafna drabi jigri meta l-iStat ma jharisx
il-ligi u ma jieqafx ghall-abbuz, allura c-cittadin jiehu l-ligi f’idejh b’konsegwenzi
koroh ferm, sija fuq livell personali ghax iwegghu n-nies u sija fuq livell ta’
socjeta li ssir wahda fejn min hu l-aqwa jhawwel.
3. Jien dejjem emmint li Stat demokratiku ghandu jkun Stat fejn
ikun hemm is-sahha tal-ligi, u mhux il-ligi ta’ min hu b’sahhtu. Jekk allura
l-Gvern ma jiehux passi kontra min jabbuza, ikun qed ihaffer hofra ghalih stess
u ghas-socjeta. Sfortunatament, fl-ahhar xhur qed naraw Gvern li ma jimpurtahx
mill-abbuz, u mhux talli ma jiehux passi kontra min jabbuza izda hu stess iwettaq
abbuzi bla habi u misthija. Ha naqsam maghkom ftit cifri li jitkelmu wahedhom
dwar kemm dan il-Gvern m’ghandu ebda rieda jiggieled l-abbuz u ghalhekk hu
komplici fl-abbuz tal-art pubblika.
4. F’April 2013 jien staqsejt lill-Prim Ministru domanda
fil-Parlament. Kemm kienu saru azzjonijiet ta’ infurzar mid-Dipartiment
tal-Artijiet li tieghu jien kont responsabbli fl-ahhar hames snin. Ir-risposta
hija li kien hemm medja ta’ 150 azzjoni fis-sena. Anzi fl-2010 kien hemm 250.
Jigifieri azzjonijiet tal-Lands kontra min abbuza minn proprjeta tal-Gvern, li
jinkludu ghelieqi u kirjiet. L-iktar sena li kienu saru spezzjonijiet fuq
rapporti kienet l-2012 meta saru iktar minn elf spezzjoni. Ghax ahna konna
niehdu l-glieda kontra l-abbuz bis-serjeta. Issa kemm tahsbu li saru taht dan
il-Gvern?
5. Id-Deputat Ryan Callus staqsa l-istess mistoqsija
lill-Prim Ministru fil-Parlament dwar kemm saru azzjonijiet ta’ infurzar
mill-Lands fl-2014. Ix-xahar li ghadda il-Prim Ministru wiegeb fil-Parlament li
fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena (2014) il-Lands kien wettaq seba’
azzjonijiet ta’ infurzar biss. Kwazi wahda kull xahar.
6. Issa jew l-abbuzi tal-art waqfu f’daqqa u kulhadd sar
imqarar u imqarben u spicca kull abbuz fl-ghelieqi u fil-kirjiet, jew, kif inhu
l-kaz, il-Gvern qed jirrifjuta li jwettaq dmiru. Il-Gvern hu komplici ma’ min
qed jikser il-ligi. Il-Gvern, bla kuragg u hegga, ma jridx jaqbez ghal min hu
dghajjef u vittma tal-abbuz tal-art pubblika. Ghax kull abbuz ta’ art pubblika
jfisser li hemm min qed ibati l-ksur tal-iehor. Din hi prova li dan il-Gvern ma
jridx la serjeta u lanqas gustizzja. Dan il-Gvern mhux ta’ kulhadd izda ta’ min
hu b’sahtu biss. Ghal dan il-Gvern hemm min hu ghar-rimi.
--
Posted By Carm Mifsud Bonnici to
Il-Blog ta' Carm Mifsud Bonnici at 9/23/2014 01:21:00 PM