''Għal darb'ohra, dan is-sajf SPYS (read as spies), (Salesian Pastoral Youth Service) qiegħed jibgħat grupp ta volontiera ġewwa l-Indja u l-Kenja fuq proġetti ta volontarjat mat-tfal. Il-fondi li jinġabru minn dan l-avveniment jistgħu verament jagħmlu differenza fil-ħajja ta' dawn it-tfal, sew jekk fl-edukazzjoni tagħhom, kif ukoll jekk biex jingħataw ikel, mediċini, ħwejjeg, jew bżonnijiet oħra li aħna l-Maltin lanqas tgħaddilna minn moħħna li ma jkolniex aċċess għalihom.
Għaldaqstant, dawn il-volontiera, b'kollaborazzjoni ma' grupp ieħor ta żgħażagħ, 'Passi wara Kristu', qed jorganiżżaw Car Wash fit-22 ta' Ġunju, bejn id-disgħa ta' filgħodu u s-sitta ta' filgħaxija. Il-post ser ikun l-Imsida, fejn il-bandli u l-monument tal-ħaddiema, ġewwa iż-żona tar-roundabout. Għal kull karozza, donazzjoni b'minimu ta' €5 se tkun miġbura u l-fondi kollha miġbura se jmorru b'risq il-proġetti tat-tfal fl-Indja u l-Kenya. L-għajnuna tagħkom hija apprezzata.''
Grazzi :)
Stella