Socjeta Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D.1990
unread,Jun 22, 2009, 5:27:33 AM6/22/09Sign in to reply to author
Sign in to forward
You do not have permission to delete messages in this group
Either email addresses are anonymous for this group or you need the view member email addresses permission to view the original message
to Banda Birzebbuga
It-Twaqqif tas-Soc. Fil. S. Pietru Banda Birzebbuga AD 1990
___________________________________________________
SENA 1989
5/12/1989
Bdew isiru l-ewwel movimenti f'Birzebbuga bl-iskop li titwaqqaf Banda
gdida.
14/12/1989
F'post privat fi Triq San Guzepp, saret l-ewwel laqgha tal-Kumitat
Provizorju li beda jaghmel it-thejjijiet,fosthom l-istatut ghall-banda
l-gdida.
___________________________________________________
SENA 1990
14/1/1990
Il-Gurnata Storika: Saret Laqgha Generali gewwa l-Lido Hall fi Triq
San Edwardu fejn twaqqfet ufficcjalment l-Ghaqda Muzikali Birzebbuga
A.D.1990.
31/1/1990
Gie akkwistat il-Post 77, fi Triq Birzebbuga, fil-Bajja ta' San Gorg,
li kien maghruf bhala l-Morning Star. Ghadd ta' voluntieri middew
idejhom ghax-xoghol biex dan il-post jigi rrangat malajr kemm jista
jkun biex ikun l-ewwel Kazin ufficcjali tas-Socjeta.
22/2/1990
Gie mwaqqaf is-Sotto Kumitat taz-Zghazagh.
29/4/1990
Minhabba xi dizgwid li nqala mal-Banda l-ohra tal-lokal, f'laqgha
straordinarja inbidel l-isem tal-Banda biex sar Socjeta Filarmonika
Birzebbuga A.D.1990.
25/6/1990
Gie mwaqqaf is-Sotto Kumitat tan-Nisa.
2/8/1990
Il-Banda ghamlet id-debutt taghha meta fit-Tieni Jum tat-Tridu tal-
festa ta' San Pietru, fit-8.00pm bdiet Marc minn Triq il-Borok. Meta
waslet f'Misrah il-Knisja, il-Banda, flimkien mal-Partitarji telghet
fuq iz-zuntier fejn giet imbierka mill-Kappillan Dun Guzepp Farrugia.
Wara indaqq ghall-ewwel darba fil-pubbliku l-Innu tal-Banda
Birzebbuga.
5/8/1990
Il-Banda ghamlet l-ewwel marc ta' filghodu taghha li mill-ewwel gie
mlaqqam bhala l-Marc il-Kbir ta' l-Iljun.
4/9/1990
Gie mwaqqaf is-Sotto Kumitat tan-Nar.
6/11/1990
Il-kumitat ordna statwa ta' San Pietru ghand l-artist Alfred Camilleri
Cauchi biex tintuza fil-marc tal-Gimgha.
8/12/1990
Marc f'Benghisa fl-okkazjoni tal-festa tal-Kuncizzjoni.
30/12/1990
Sar marc ghall-ewwel darba fl-okkazzjoni
tal-festi tal-Milied u ta' l-ewwel tas-Sena.
___________________________________________________
SENA 1991
29/7/1991
Il-Banda daqqet ghall-ewwel darba waqt il-hrug
tal-vara ta San Pietru min-nicca.
2/8/1991
Giet imzanzna l-istatwa artistika ta' San Pietru.
Din ingiebet bil-bahar minn Marsaxlokk, u wara dimostrazzjoni brijjuza
mat-toroq ta Birzebbuga, ittellghet fuq kolonna fil-bajja ta San Gorg
fost il-ferh tal-partitarji u hruq ta kaxxa nfernali.
3/8/1991
Il-Banda ghamlet l-ewwel Programm Muzikali taghha
fuq il-plancier fil-Bajja s-Sabiha.
3/8/1991
Inharaq in-nar ta l-art, imtellgha mis-Sotto Kumitat tan-Nar, ghall-
ewwel darba fi Triq Zaren Dalli.
4/8/1991
Sar il-Marc il-Kbir, kif ukoll sar il-Marc tan-Nar.
29/12/1991
Marc u programm fl-okkazjoni tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
___________________________________________________
SENA 1992
8/2/1992
Marc il-Belt Valletta fl-okkazjoni tal-festa ta' San Pawl
12/4/1992
Programm ta' marci funebri.
16/5/1992
Wara hafna xoghol u ricerka minn delegazzjoni
li giet imwaqqfa bil-ghan li jinxtara Kazin gdid,
sar l-att tal-Konvenju fuq il-Post 11/12, Triq Birzebbuga, Birzebbuga.
24/5/1992
Il-Membri approvaw ix-xiri ta' dan il-post. Wara sar marc brijjuz sa
quddiem il-post fejn il-quddiem kellhu jsir il-kazin tas-Socjeta
14/6/1992
Marc fir-rabat fl-okkazjoni tar-rebh tal-kampjonat
tal-basketball minn Depiro Eden Leisure.
21/7/1992
Marc f'rahal Gdid fl-okkazjoni tal-festa ta' Kristu Re.
27/7/1992
Il-Banda daqqet waqt il-hrug tal-vara ta San Pietru min-nicca.
31/7/1992
Marc bl-istatwa ta' San Pietru.
1/8/1992
Marc u Programm Lejliet il-Festa ta' San Pietru.
2/8/1992
Il-Marc il-Kbir ta' l-Iljun.
13/8/1992
Marc fil-Gudja fl-okkazjoni tal-festa ta' Santa Marija.
15/9/1992
Gie ffirmat il-Kuntratt li bih is-Socjeta akkwistat il-Post 11/12 fi
Triq Birzebbuga.
4/10/1992
Beda jsir xi xoghol ta' rikostruzzjoni fil-parti ta' wara tal-Kazin il-
gdid.
8/11/1992
Xi benneja li gew jaraw kif kien miexi x-xoghol,
offrew l-ghajnuna volontarja taghhom. Wara gie deciz li fl-ahjar
interess tas-Socjeta, il-post kellu jinhatt kompletament biex floku
jitla' Kazin gdid u xieraq ghall-Banda.
13/12/1992
Beda jinhatt il-post.
27/12/1992
Marc fl-okkazjoni tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
___________________________________________________
SENA 1993
4/1/1993
Marci u carols fl-isptar Monte Carmeli fl-okkazjoni tal-Milied u l-
Ewwel tas-Sena.
7/2/1993
Marc il-Belt Valletta fl-okkazjoni tal-festa ta' San Pawl.
27/3/1993
Beda x-xoghol tal-bini tal-kazin il-gdid.
4/4/1993
Programm ta' marci funebri
28/5/1993
Marc f'Hal-Kirkop fl-okkazjoni tal-festa ta' San Guzepp.
6/6/1993
Marc fl-okkazjoni tal-promozzjoni ghat-3 divizjoni
tal-MAFA mill-Birzebbuga Tigers FC.
1/7/1993
Marc fit-Trade Fair Grounds, in-Naxxar.
11/7/1993
Marc fil-Fgura, fl-okkazjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.
26/7/1993
Il-Banda daqqet waqt il-hrug tal-vara ta San Pietru min-nicca.
27/7/1993
Il-Banda daqqet marc ghall-ewwel darba fil-Qajjenza.
28/7/1993
Il-Banda daqqet marc ghall-ewwel darba f'Tal-Papa.
30/7/1993
Marc bl-istatwa ta' San Pietru.
31/7/1993
Marc u Programm Lejliet il-Festa ta' San Pietru.
1/8/1993
Il-Marc il-Kbir ta' l-Iljun u l-marc tan-Nar.
2/8/1993
Marc tax-xalata.
13/8/1993
Marc fil-Gudja fl-okkazjoni tal-festa ta' Santa Marija.
29/8/1993
Marc f'Hal Safi fl-okkazjoni tal-festa ta' San Pawl.
3/12/1993
Gie msaqqaf l-ewwel sular tal-kazin.
25/12/1993
Programm u daqq ta' carols tal-Milied.
26/12/1993
Marc fl-okkazjoni tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
___________________________________________________
SENA 1994
1994
6/2/1994
Marc fil-Belt Valletta fl-okkazjoni tal-festa ta' San Pawl.
1/8/1994
Il-Banda daqqet waqt il-hrug tal-vara ta San Pietru min-nicca.
5/8/1994
Marc bl-istatwa ta' San Pietru.
6/8/1994
Marc u Programm Lejliet il-Festa ta' San Pietru.
7/8/1994
Il-Marc il-Kbir ta' l-Iljun.
13/8/1994
Marc fil-Gudja fl-okkazjoni tal-festa ta' Santa Marija.
21/11/1994
Tqieghdu l-planki tas-saqaf tat-tieni sular.
22/11/1994
Sar il-kuntratt li bih is-Socjeta saret propjetarja tar-remissa li
hemm biswit il-Kazin.
19/12/1994
Programm muzikali f'Birzebbuga.
___________________________________________________
SENA 1995
15/1/1995
L-ewwel laqgha generali fil-kazin il-gdid. Din saret fis-sular tisfel
fejn il-quddiem gie il-bar.
Dakinhar gie deciz li l-kulur prim tas-Socjeta jinbidel minn isfar
ghal ahdar.
30/1/1995
Programm muzikali fit-Teatru Kullegg San Alwigi Birkirkara.
6/2/1995
Marc fil-Belt Valletta fl-okkazjoni tal-festa ta' San Pawl.
28/5/1995
Ittellghet l-ewwel bandiera fuq il-kazin. Din giet imtellgha fuq l-
arblu s-sekond li tqieghed fuq wara tal-kazin.
29/5/1995
Tqieghdu l-Planki ta l-ahhar Sular tal-Kazin.
31/7/1995
Il-Banda daqqet waqt il-hrug tal-vara ta San Pietru min-nicca.
4/8/1995
Marc bl-istatwa ta' San Pietru.
5/8/1995
Marc Lejliet il-Festa ta' San Pietru.
6/8/1995
Il-Marc il-Kbir ta' l-Iljun.
12/8/1995
Marc fil-Gudja fl-okkazjoni tal-festa ta' Santa Marija.
___________________________________________________
SENA 1996
14/1/1996
L-Isem tas-Socjeta inbidel minn Socjeta Filarmonika Birzebbuga A.D.
1990 ghal Socjeta Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D.1990.
6/2/1996
Marc fil-Belt Valletta fl-okkazjoni tal-festa ta' San Pawl.
22/2/1996
Marc fl-okkazjoni tal-Kattedra ta' San Pietru.
25/2/1996
L-ewwel programm fl-istorja 'Mill-Bandisti Ghall-Membri'.
24/3/1996
Programm fl-okkazzjoni tal-bdil tas-Sede.
3/4/1996
Programm ta' marci funebri.
17/4/1996
Is-Socjeta imxiet ufficcjalment ghal kazin il-gdid. Bhekk sar il-bdil
tas-sede minn 77, Triq Birzebbuga, ghall-Gawhra ta San Pietru,12 Triq
Birzebbuga.