[Il-Blog ta' Carm Mifsud Bonnici] IL-FGURA – TRIQ A.M. VALPERGA – XOGĦLIJIET FUQ PROĠETT

5 views
Skip to first unread message

Carm Mifsud Bonnici

unread,
Dec 21, 2015, 8:04:45 AM12/21/15
to carmmifs...@googlegroups.com



21298. L-ONOR. DAVID AGIUS  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex ikompli x-xogħol tal-proġett fi Triq A.M Valperga Fgura kif ġie mwiegħed mis-Sindku tal-Fgura u dan anke b’kitba f’fuljett li ntbagħat fid-djar, fejn fost l-oħrajn kien jinkludi grawd tal-football u proġetti oħra bħal parking area u restawr tas-swar? Jikkonferma li dan ix-xogħol se jwassal biex ma jkomplix jinġabar ħafna ilma f’din it-triq?

25/11/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt il-laqgħa tal-Kunsill  Lokali tal-Fgura datata 22 ta’ Settembru 2015, il-Kunsill Lokali tal-Fgura qabel dwar pjan ħolistiku għaż-żona in kwestjoni biswit is-swar wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Ninsab infurmat illi fiż-żmien li ġej ser tkun qed issir l-applikazjoni mal-MEPA f’dan ir-rigward.

Il-fuljett riferut mill-Interpellant, la kien jagħmel referenza għal proġett ta’ parking area, u wisq anqas għar-restawr tas-swar.

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura żied jgħid li Triq A.M. Valperga hija waħda wieqfa, u għaldaqstant ma jinġabar l-ebda ilma f’din t-triq.

Seduta  334
30/11/2015



--
Posted By Carm Mifsud Bonnici to Il-Blog ta' Carm Mifsud Bonnici at 12/21/2015 02:04:00 PM
Reply all
Reply to author
Forward
0 new messages